Formula 1 Sport

Lewis Hamilton jirbaħ fi Franza għall-ewwel darba

Lewis Hamilton jgħolli t-trofew fuq il-podju (Ritratt: EPA)

Lewis Hamilton reġa’ jinsab fil-quċċata tal-klassifika tas-sewwieqa wara li ddomina l-Grand Prix ta’ Franza biex kiseb it-tielet rebħa tal-istaġun. Il-Britanniku kien fl-aħjar forma tiegħu matul il-ġimgħa u wara li kien tajjeb fil-provi uffiċjali, beda t-tiġrija tajjeb u minn hemm ikkontrolla mingħajr diffikultà fejn ħalliet effett il-bdil li kien hemm fil-magna tat-tim.

Hu spiċċa qasam il-linja finali seba’ sekondi qabel Max Verstappen tar-Red Bull b’Kimi Raikkonen tal-Ferrari jkompli l-podju. Iċ-champion renjanti evita l-inċident li kien hemm warajh fil-bidu iżda spiċċa biex daħal f’Valtteri Bottas, biex dawwar il-karozza tal-Finlandiż li spiċċa b’puncture, bil-Ġermaniż bi problema fl-imnieħer tal-karozza.

Fl-istess waqt, Pierre Gasly tilef il-kontroll u daħal f’Esteban Ocon, biż-żewġ Franċiżi jispiċċaw barra. Wara li ħarġet is-Safety Car u kollox reġa’ ġie f’postu, Hamilton ikkontrolla t-tiġrija.

Din ir-rebħa ħabtet eżatt mal-107 sena anniversarju mit-twelid ta’ Juan Manuel Fangio, li kien l-aħħar sewwieq li rebaħ il-Grand Prix ta’ Franza għal Mercedes lura fl-1954.

Kif Spiċċaw

1. Lewis Hamilton         1:30:11.385

2. Max Verstappen         +7.090s

3. Kimi Räikkönen         +25.888s

4. Daniel Ricciardo       +34.736s

5. Sebastian Vettel       +61.935s

6. Kevin Magnussen       +79.364s

7. Valtteri Bottas        +80.632s

8. Carlos Sainz           +87.184s

9. Nico Hulkenberg        +91.989s

10. Charles Leclerc       +93.873s