Lokali

Mario Tonna għadu jitħallas mill-Gvern

L-eks assistent Kummissarju tal-Pulizija, Mario Tonna issa qed jaħdem fid-Dipartiment tal-Kuntratti biex b’hekk għadu qed jitħallas mill-Gvern.

Dan wara li rriżenja hekk kif kien f’kontroversja wara li s-sieħba tiegħu rrapurtatu dwar abbuż domestiku. Iktar ‘il quddiem, ir-rapport tħassar u ma ttieħdu l-ebda azzjonijiet kriminali.

Xahrejn wara dan il-każ, Tonna kien involut f’inċident tat-traffiku f’Tas-Sliema, allegatament hekk kif kien qed isuq wara li xorob. Hu mifhum li hu baqa’ sejjer wara li daħal f’diversi karozzi.

The Sunday Times of Malta bagħtet diversi mistoqsijiet lill-Ministeru tal-Finanzji dwar il-kariga ta’ Mario Tonna u jekk imxewx skont ir-regoli, iżda ma rċivietx l-ebda risposta.

Fl-2011, meta Tonna kien għadu spettur, instab ħati ta’ fastidju lis-superjur tiegħu, is-Supretendent Carmelo Bartolo. Hu nstab ħati li uża l-mobile b’mod mhux xieraq u li wettaq azzjoni kriminali li skont xogħolu kien obbligat jippreveni.

Minkejja dawn il-każi, il-Partit Laburista fil-Gvern ta lil Tonna żewġ promozzjonijiet, biex f’Awwissu tal-2015 hu nħatar supretendent u sentejn wara nħatar assistent kummissarju.