Internazzjonali

Mexxejja tal-UE f’taħditiet ta’ emerġenza dwar l-immigrazzjoni

epa04001078 Immigrants disembark at the port of Pylos in Messinia, south Peloponnese, Greece, 25 December 2013. According to media reports, around 120 immigrants from Syria and Afghanistan were towed to the port of Pylos by a vessel when the boat carrying them lost control some 50 km off the coast of Kalamata city. All the migants were transferred safe to the local migrants reception center. EPA/NIKITAS KOTSIARIS

Il-Kanċillier tal-Ġermanja Angela Merkel, illum, talbet lill-Mexxejja tal-Unjoni Ewropea biex ma jħallux li l-immigranti li qegħdin ifittxu l-kenn politiku imorru fejn iridu b’mod ħieles fit-territorji tal-Unjoni. Dan meta l-issue inkwistjoni qed thedded il-koalizzjoni li, fil-preżent, qed tamministra lill-Ġermanja.

Il-Mexxejja tal-Gvernijiet li ltaqgħu fi Brussell qegħdin jippruvaw jirranġaw id-diżgwid ta’ bejniethom dwar l-immigrazzjoni, meta d-differenzi bejn il-pajjiżi ilhom is-snin problema għall-UE. Is-sitwazzjoni anki qed timponi piż sinifikanti fuq il-koalizzjoni Ġermaniża mmexxija minn Merkel.

It-taħditiet fi Brussell kienu jinvolvu sittax fost it-tmienja u għoxrin mexxejja nazzjonali u Merkel spjegat li d-diskussjoni, fost oħrajn, kellha titratta miżuri għall-ħarsien tal-fruntieri esterni (tal-pajjiżi Ewropej) u l-mod kif l-Istati tal-UE jistgħu jnaqqsu l-immigrazzjoni illegali lejn l-Ewropa.

L-aħħar stħarriġ tal-opinjoni qed juri li l-immigrazzjoni hi l-aktar ħaġa li tħasseb lill-500 miljun ċittadin tal-UE.

Sadanittant, il-Prim Ministru Taljan, Giuseppe Conte, qal li hu u l-mexxejja l-oħra riedu jindirizzaw il-problema tal-immigrazzjoni b’mod strutturat u bħalma jridu ċ-ċittadini, skont l-aħħar stħarriġ popolari. Hu, intant, kellu juża l-laqgħa ta’ Brussell biex jipproponi l-ideat ġodda tiegħu dwar l-immigrazzjoni.