Lokali

Se tiġi restawrata ikona tal-Madonna ta’ Damasku

Ikona li għandha madwar 900 sena se tkun qed tiġi restawrata fix-xhur li ġejjin.

L-ikona tal-Madonna ta’ Damasku, li tinsab fil-Knisja tal-Griegi, il-Belt Valletta, ilha li saret mis-seklu tnax u nġiebet Malta mal-wasla tal-Kavallieri ta’ San Ġwann. Matul is-snin, din l-ikona ġabret ħafna devozzjoni fost il-Maltin u hija meqjusa bħala wirt nazzjonali.

Fis-snin tas-sittinijiet, l-ikona ttieħdet ġewwa Ruma fejn għaddiet minn intervent ta’ restawr. Ir-restawraturi ta’ dak iż-żmien ħadmu fuqha biex tneħħiet iż-żebgħa minn fuqha u kixfu l-ikona li naraw illum.

L-ikona issa qed tiddeterjora u b’hekk hemm bzonn li terġa’ tiġi restawrata.

Ir-restawr tal-ikona mistenni li jieħu iktar minn disa’ xhur. Wara, l-ikona se titpoġġa fl-istess knisja fejn kienet ilha ghal 60 sena.

Madanakollu, din se titpoġġa f’post differenti biex tkun f’livell man-nies u tkunu tista’ tidher aħjar.