Edukazzjoni Lokali

5 snin ta’ Global College Malta; esperjenza ta’ edukazzjoni għal dawk li diġa qiegħdin fis-settur tax-xogħol

Global College Malta din is-sena qed jiċċelebra il-ħames sena minn mindu fetaħ il-bibien tiegħu. Dan il-kulleġġ joffri tagħlim fit-tul mhux biss għal studenti li għadhom ma daħlux fis-settur tax-xogħol, iżda wkoll lil dawk li diġà għandhom xogħol.

F’dawn l-aħħar snin, Global College Malta kellu 365 student u studenta,  b’93 student minnhom irnexxilhom jispiċċaw il-kors tagħhom b’suċċess u gradwaw.

Il-kulleġġ jinsab ibbażat fi Smart City fil-Kalkara u huwa wieħed mill-ogħla istituzzjonijiet edukattivi privati f’Malta li joffri edukazzjoni terzjarja. Il-korsijiet undergraduate u postgraduate jagħtu esperjenza edukattiva u fl-istess waqt iqassmu l-lezzjonijiet skont il-bżonnijiet tal-istudenti li jkun jaħdmu.

Għaċ-ċeremonja attenda s-Segretarju Ġenerali u Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Edukazzjoni, Clyde Puli.

Għal dan l-anniversarju, il-kulleġġ qed jorganizza kompetizzjoni għal ħames studenti li jġibu l-aħjar marki. Ir-rebbieħa se jingħataw ħames boroż ta’ studju li l-valur tagħhom jaqbeż it-€30,000.