Wara li s-Sibt kienet fl-azzjoni Eleanor Bezzina, ilbieraħ intemmet ukoll il-kompetizzjoni tat-trap tal-irġiel. It-tiraturi Maltin Brian Galea u William Chetcuti kkompetew bejn is-Sibt u lbieraħ.
Sfortunatament ir-riżultati tagħhom ftit kienu sodisfaċenti bit-tnejn jolqtu 114-il plattina minn 125 biex temmew fit-22 u t-23 post minn 25 tiratur. Is-sitt tiraturi li kkwalifikaw għall-finali laqtu bejn 119 u 121 plattina.
Illum ikunu fl-azzjoni l-atleti tal-Golf Andrew Borg, Daniel Holland u John Junior Ver Elst Micallef fil-kompetizzjoni individwali tal-irġiel. Illum ukoll jieħu sehem David Galea fil-Lotta fil-kategorija freestyle tal-74kg.
//= $special ?>