Lokali

Fekruna tal-ilma baħar tbid il-Ġnejna

Żona mill-bajja tal-Ġnejna ngħalqet għall-pubbliku hekk kif fekruna tal-ilma baħar telgħet biex tbid. Is-sit qed jiġi mħares minn membri tan-Nature Trust Malta u minn awtoritajiet oħra.

Il-bajd ġew innutati l-ewwel darba dalgħodu minn raġel li ċempel lin-Nature Trust. Hu nnota fekurna fuq il-bajja u ċempel għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħodu. Il-fekruna għamlet madwar 30 minuta fuq ir-ramel sakemm reġgħet marret lura fil-baħar.

Nature Trust marru minnufih fuq il-bajja u wara li ħafru f’erba’ postijiet differenti, sabu fejn il-fekruna kienet biedet il-bajd.

Fl-istess Bajja kienet bejdet fekruna oħra lura fl-2012. Fekruna tal-ilma oħra kienet biedet f’Għajn Tuffieħa lura fl-2016, fejn kienu biedu 66 fekruna wara 56 ġurnata fl-inkubazzjoni.

Bħalma ġara fid-drabi ta’ qabel, Nature Trust Malta se tkun qiegħda fuq il-bajja kuljum biex tara li l-bajd ma jiġux affetwati.