Lokali

FILMAT: Ħsara estensiva fil-vapur li nkalja lura fi Frar

Filmat ippublikat fuq il-midja soċjali wera l-ħsara konsiderevoli li ġarrab il-vapur li nkalja fuq il-blat tal-Qawra lura fi Frar.

Il-filmat ippublikat minn Raniero’s Adventures wera kif il-blat kien qaċċat il-qiegħ tal-bastiment – madanakollu Raniero Borg preċiża jgħid li fortunatament ma saret l-ebda ħsara f’qiegħ il-baħar.

Dan kollu wara li l-bastiment Hephaestus inkalja mal-blat tal-Qawra proprju fil-Festa ta San Pawl Nawfragu lura fl-10 ta’ Frar. Filwaqt li f’dan il-każ ħadd ma kien indarab, s’issa għalkemm suppost daqt jitneħħa minn fuq il-blat – wara aktar minn 4 xhur dan għadek tita’ ssibu hemm.

FILMATI ĠODDA: Vapur jinkalja fil-Qawra