It-tim Taljan li miegħu jilgħab l-internazzjonali Malti Stevie Camilleri, Roma Nuoto, kiseb il-promozzjoni għall-Kampjonat Taljan A1 wara li għeleb lil Bologna 11-9 fit-tieni logħba tal-finali tal-play-off.
It-tim Taljan spiċċa l-ewwel fil-kampjonat A2 u wara li għadda għall-finali, rebaħ żewġ logħbiet minn possibbiltà ta’ tlieta. Camilleri kellu staġun mill-aqwa fejn spiċċa l-aqwa skorer tal-kampjonat b’66 gowl minn 22 logħba.
Fil-finali tal-play-offs, Roma rebħu l-ewwel logħba 7-5, b’Stevie Camilleri jiskorja tliet gowls. Fit-tieni logħba li Roma rebħu 11-9, Camilleri skorja erba’ gowls. Fost il-gowls li skorja, Camilleri kien poġġa lil Roma 9-8 minn fuq fl-aħħar sessjoni.
B’hekk Roma kisbu l-promozzjoni għall-għola diviżjoni Taljana mat-tielet tentattiv. Stevie Camilleri jirritorna fil-kampjonat Malti fejn hu mistenni li jkun fl-azzjoni l-Ġimgħa li ġej għall-konfront importanti li Neptunes għandhom kontra San Ġiljan.
//= $special ?>