Lokali

Ħsara bil-maltemp ta’ dalgħodu; anġlu jinkiser f’Ħal Luqa

Ritratti: Soċjeta' Filarmonika 'L-Unjoni' A.D. 1880

Hekk kif dalgħodu għamel il-maltemp, diversi voluntiera f’Ħal Luqa ħarġu fit-toroq biex iżarmaw l-armar tal-festa. Madanakollu, sfortunatament wieħed mill-anġli li kien jinsab fit-toroq ta’ Ħal Luqa waqa’ u ġarrab diversi ħsarat.

Il-każ seta’ kien agħar li ma kienx għall-voluntiera li ħarġu jgħinu fl-eqqel tal-maltemp. Il-voluntiera ma kienux jikkonsistu biss minn membri tas-Soċjetà Filarmonika, iżda wkoll membri tal-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija. Dawn tal-aħħar ħarġu jgħinu, f’għaqda waħda mas-Soċjetà Filarmonika, biex jiżżarma l-armar kollu biex il-ħsara tkun minima.

Matul il-ġurnata tal-bieraħ, diversi voluntiera għinu biex jitgħatta l-armar.