Basketball Sport

It-timijiet nazzjonali tal-Basketball jħallu pajjiżna lejn San Marino u l-Irlanda

Se jieħdu sehem fil-Kampjonati Ewropej tal-FIBA għall-Pajjiżi ż-Żgħar

It-timijiet nazzjonali tal-irġiel u tan-nisa jerġgħu jkunu fl-azzjoni din il-ġimgħa meta jikkompetu fil-Kampjonat Ewropew tal-FIBA għall-Pajjiżi Żgħar li se jintlagħbu f’San Marino u l-Irlanda rispettivament bejn għada u l-Ħadd l-1 ta’ Lulju.

It-tim tal-irġiel taħt il-gwida ta’ Andrea Paccarie tibda l-impenji tagħha għada kontra l-Andorra u l-Irlanda l-Erbgħa li ġej. L-iskwadra Maltija hi magħmula minn Keith Dimech, David Bugeja, Roderick Vella, Peter Shoults, Shawn Pace, Kurt Xuereb, Matthew Gouder, Kurt Cassar, Jacob Formosa u l-aħwa Aaron u Kevin Falzon. Samuel Deguara mistenni jingħaqad mal-iskwadra f’San Marino.

It-tim tan-nisa se jiddefendu l-midalja tad-deheb li rebħu sentejn ilu. Il-kowċ il-ġdid Enrico Gilardi se jmur l-Irlanda b’din l-iskwadra. Sophie Abela, Samantha Brincat, Josephine Grima, Christina Grima, Stephanie Demartino, Christina Curmi, Asleigh Vella, Leanne Duncan, Hannah Al Tumi, Maria Bonett, Gaby Mifsud u Kristy Galea.

Malta tinsab fi Grupp u tibda għada kontra d-Danimarka qabel ma tilgħab kontra l-Moldova u Ġibiltà rispettivament fil-jumejn ta’ wara. Il-format hu simili bħall-kompetizzjoni tal-irġiel bil-logħbiet finali jintlagħbu l-Ħadd l-1 ta’ Lulju.