Gowl lejn it-tmiem ta l-ewwel rebħa għall-Arabja Sawdija mit-Tazza tad-Dinja tal-1994, wara li għelbu lill-Eġittu 2-1. L-attenzjoni f’din il-partita kien fuq il-gowlkiper captain tal-Eġittu Essam El Hadary li ta’ 45 sena u 161 ġurnata sar l-ixjeħ plejer li qatt lagħab fil-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja.
Bl-Egittu fuq l-offensiva, fit-22 minuta marru fil-vantaġġ b’lob preċiż ta’ Mohammed Salah fuq Al Mosallem. L-istess Salah fl-24 minuta tilef ċans tad-deheb milli jirdoppja. Fit-33 minuta azzjoni oħra ta’ Salah bi Trezeguet ifalli għal ftit.
Reazzjoni mill-Arabja Sawdija li fid-39 minuta ingħataw penalty wara li minn azzjoni ta’ Yasir Al Sharani, il-ballun ħabat ma’ id Ahmed Fathi. Ta l-penalty Fahad Al Muwallad iżda Essam El Hadary salva.
Fit-tieni minuta tal-ħin miżjud ingħata t-tieni penalty għall-Arabja Sawdija wara li Al Gabru ġibed lil Fahad Al Muwallad bir-referee jikkonferma permezz tal-VAR. Ta l-penalty Salman Al Faraj li din id-darba għeleb lil El Hadary għal 1-1. Bil-logħob jibqa’ maqsum matul it-tieni taqsima, fid-69 minuta kien El Hadary li b’save mill-isbaħ caħħad lil Al Mogahwi.
Bil-partita destinata għal draw fl-aħħar sekondi tal-ħames minuta tal-ħin miżjud minn kross ta’ Abdullah Otayf, antiċipa lil kulħadd Salem Al Dawsari għal rebħa drammatika ta’ 2-1 biex għalqu l-esperjenza tagħhom f’din l-edizzjoni bl-ewwel rebħa li fissret it-tielet post.
//= $special ?>