Lokali Parlament

Malta għandha tattira investiment serju fis-settur tal-blockchain….ir-reputazzjoni ta’ Malta hi fundamentali

– Simon Busuttil, PN

Id-deputat Nazzjonalista Simon Busuttil qal li hu pożittiv li Malta qed tippjana l-bażi għall-investiment fl-industrija ġdida tal-blockchain iżda hu fundamentalment importanti li Malta ma tkomplix titlef ir-reputazzjoni tagħha wara li mhux jittieħdu passi quddiem il-korruzzjoni.

Fil-parlamnet Simon Busuttil tkellem dwar il-blockchain u qal li Malta qed tkun wieħed mill-ewwel pajjiżi fid-dinja biex tirregola settur ġdid li jista’ jattira negozju u investiment minn barra bil-ħolqien tal-impjiegi. Il-pajjiż qed jipprepara l-bażi għal dan is-settur wara ħames snin fil-gvern. Dawn huma liġijiet li jiftħu bibien ġodda biex l-ekonomija tal-pajjiż tkompli tiddiversifika.

Il-PN kien diġà intrabat li jirregola dan is-settur biex tinħoloq din l-industrija, sostna Simon Busuttil, li tkellem dwar kif joperaw il-flus diġitali u sostna li Mlata qed tkun fost l-ewwel pajjiżi fid-dinja li qed tgħaddi liġijiet dar dan is-settur. Il-kunsens irid jinżamm b’mod komplet u jissaħħaħ.

Id-deputat Nazzjonalisa appella beix jiddaħħal qafas ta’ liġijiet b’saħħtu u serju biex is-settur ikun regolat b’mod serju. Malta għanha tkun kompetittiva biex taċċetta dan in-negozju iżda għandha tassigura li ma taċċeettax in-negozju li ma jkuxn serju.

Hu spjgea kif fl-1994 Malta bdiet tattira investiment barrani ta’ kwalità għaliex is-settur tas-servizzi finanzjarji kien regolat b’mod serju. Malta trid taċċetta biss investment serju u jrid ikun hemm l-isem, ir-reputazzjoni u l-fama nadifa u eċċellenti ta’ Malta.

Simon Busuttil qal li l-inkwiet dwar il-flus diġitali hu marbut ma’ ħasil ta’ flus. Ħafna banek Ewropej għadhom iħarsu bl-ikrah lejn l-idea ta’ flus diġitali. Hu qal li fil-pajjiż hawn rapporti sħaħ dwar korruzzjoni fejn l-FIAU ħarġet rapport wara l-ieħor dwar suspett raġonevoli ta’ ħasil ta’ flus miċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru. Minkejja dawn ir-rapporti ma ttieħdu l-ebda passi. Ix-xogħol tajjeb liġi qed isir dwar il-blockchain jista’ jkun kontradittorju mal-messaġġ li qed jibgħat il-Prim Ministru nnifsu. Il-ħsara qed issir minn min jgħalaq għajnejh għall-korruzzjoni.

Id-deputat Nazzjonalista ppreżenta ittra mill-European Banking Authority (EBA) lill-membri parlamentari Ewropej li kienu parti mid-delegazzjoni li ġiet f’Malta. L-ittra titratta l-investigazzjoni tal-FIAU dwar Pilatus Bank u tgħid li l-Awtorità qed tinvestiga lill-FIAU li ma wettaqx dmiru u l-funzjonijiet tiegħu sew fil-każ tal-Pilatus Bank.

Simon Busuttil qal li l-FIAU wieġbet bi tweġiba fjakka, medjokri u tal-mistħija lill-EBA u kompla li fl-ittra ngħad li anki l-MFSA qed tkun investigata.