Ir-residenti ta’ Ħ’Attard li jagħmlu parti mill ‘Attard Residents Environmental Network’ għal
darb’oħra qed jappellaw lill-Gvern sabiex jieħu in konsiderazzjoni l-effett li se jħalli s-Central Link
Project fuq il-bdiewa li għandhom l-għelieqi fl-istess zona fejn se tinbena din it-triq.
Skont mistoqsija parlamentari 6505 il-Ministru Jose Herrera kkonferma li n-numru ta’ bdiewa
rregistrati mal-Agenzija ghall-Pagamenti Agrikoli u Rurali (ARPA) li ser jigu affettwati b’dan il-proġett huwa 47.
F’mistoqsija parlmentari 6506 ġie kkonfermat ukoll mill-istess Ministru li fiz-zona msemmija hemm
numru ta’ sigar protetti skond ir-Regolament dwar il-Harsien tas-Sigar u l-Imsagar 2011. Skont il-Ministru Herrera l-ammont ta’ siġar li ser ikunu mpatti ghadu mhux maghruf iżda l-‘Attard Residents
Environmental Network’ għandha nformazzjoni mhux uffiċjali li n-numru ta’ siġar li se jiġu affettwati se jaqbeż sew it-3,000.
Ir-Residents Environmental Network fi stqarrija reġa’ appella lill-Gvern biex jisma lill-partijiet li ser ikunu milquta minn dan il-progett speċjalment il-bdiewa u l-familji tagħhom kif ukoll lir-residenti u jevita li ssir tant ħsara lil ambjent li hu tant għal qalb il-Maltin u l-Għawdxin kollha.
//= $special ?>