Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qed jipproponi numru ta’ miżuri ġodda bħala parti mir-regolament dwar is-sigurtà f’każ ta’ nirien fi blokka ta’ appartamenti.
Dan kollu b’rabta mal-inkjesta maġisterjali tal-Maġistrat Inkwirenti, Dr Joseph Mifsud, rigward in-nirien li kien hemm f’appartament fi Triq l-Aħmar f’Marsaskala, fejn fiha Gordon Spiteri ta’ 35 sena kien tilef ħajtu traġikament wara li faga fid-duħħan hekk kif daħal isalva lill-ġirien.
Il-proposti li d-Dipartiment mistenni jipproponi fil-ġimgħat li ġejjin huma s-segwenti;
- Illi f’kull blokka għandhom isiru fire drills mill-amministratur tal-blokka;
- Illi f’kull blokka għandu jkun hemm f’post viżibbli u aċċessibbli fire extinguishers u fire blankets;
- Illi għandu jkun hemm smoke u fire detection alarm fil-komun;
- Illi għandu jkun hemm sinjali għall-ħruġ ta’ emerġenza;
- Illi l-bejt tal-blokka għandu jkun faċilment aċċessibbli biex jekk ikun hemm bżonn ta’ ħruġ ta’ emerġenza dan għandu jsir faċilment;
- Illi min iċempel biex jinforma dwar l-emerġenza fuq in-numru 112 għadu jagħti l-aktar informazzjoni li jista’ u landmark fejn jinstab il-post ħalli r-response time ikun aktar mgħaġġel u r-riżorsi meħtieġa jaslu fuq il-post mill iktar fis possibbli.
Id-Dipartiment insista li dawn huma ftit miżuri li persuna tista’ tieħu sabiex tevita kemm jista’ inċidenti ta’ dan it-tip milli jeskalaw.
//= $special ?>FILMAT: L-eroj li ta ħajtu għal ħaddieħor jingħata l-aħħar tislima