Lokali

FILMAT: Ara lil Muscat iżeblaħ lill-Kumitat li kien irrifjuta l-ħatra ta’ Consuelo Scerri Herrera

Wara li ġiet irrifjutata l-ewwel darba, ilbieraħ Scerri Herrera nħatret Imħallef

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ma ddejjaq xejn iżeblah lill-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikanti – li sena ilu kien irrifjuta n-nomina ta’ Consuelo Scerri Herrera għall-promozzjoni ta’ Imħallef.

F’Jannar 2017, il-media kienet żvelat li dan il-Kumitat kien irrifjuta n-nomina ta’ Scerri Herrera – li dakinhar kienet saret mill-Ministru Owen Bonnici. Skont dak li kien ġie żvelat, in-nomina kienet irrifjutata peress li Scerri Herrera, dak iż-żmien Maġistrat, kienet meqjusa bħala mhux denja għal dan l-irwol.

Imma ma laħaqx inbidlu xi membri fil-Kumitat għall-Ħatriet tal-Ġudikanti, li l-Gvern ta’ Joseph Muscat ma reġax issottometta isem Consuelo Scerri Herrera għall-kunsiderazzjoni – u din id-darba, in-nomina ġiet approvata.

Bl-ewwel reazzjoni tal-Prim Ministru Joseph Muscat – meta mistoqsi dwar x’inbidel minn sena ilu ‘l hawn – tkun waħda ta’ żeblieħ fil-konfront tal-Kumitat ta’ qabel.

“Anqas xejn”, wieġeb Muscat meta mistoqsi mill-ġurnalisti jekk il-konferma ta’ Consuelo Scerri Herrera tqajjimx dubju ġaladarba n-nomina tagħha kienet ġiet rifjutata sena ilu. “Skantat ħafna kieku l-Maġistrat Scerri Herrera m’ilhiex snin li saret Imħallef fil-verità. Jekk xejn, dak iqajjem tħassib!” żied jgħid, f’turija ta’ żeblih fil-konfront tal-Kumitat li sena ilu rrifjuta n-nomina ta’ Scerri Herrera.

It-tibdil fil-Kumitat għall-Ħatra tal-Ġudikanti għaldaqstant wassal biex Scerri Herrera ngħatat promozzjoni għal Imħallef. L-Imħallef Scerri Herrera hija oħt il-Ministru Josè Herrera u hija waħda tliet Imħallfin u tliet Maġistrati ġodda.