Vera Jourova, Kummissarju għall-Ġustizzja fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea llum qalet li l-investigazzjoni tal-Awtorita’ Bankarja Ewropea (EBA) għandha għan primarju 0 li tħares mhux biss lejn il-każ ta’ Pilatus Bank, iżda lejn is-sistema kollha, u allura jekk kienx hemm każijiet oħrajn ta’ irregolaritajiet f’Malta.
Dan qed isir bil-għan li jsir magħruf jekk il-każ ta’ Piltatus Bank kienx wieħed pjanat u sistematiku.
Jourova qalet li fix-xhur li ġejjin hi għandha jkollha riposta dwar dan.
Dan qalitu b’risposta għall-mistoqsijiet magħmulha lilha mill-MEP David Casa fejn saqsiha jekk tinsabx imħassba dwar in-nuqqas ta’ azzjoni li ttieħdet mill-awtoritajiet Maltin fil-konfront ta’ Nexia BT. Casa saqsa wkoll jekk l-EBA hux beħsiebha testendi l-investigazzjoni dwar kif l-FIAU aġixxiet fil-konfront ta’ Pilatus Bank biex tinvestiga wkoll lil Nexia BT.
//= $special ?>