Illum fit-8.00pm, Gżira United se jkunu fl-azzjoni fl-ewwel leg tar-rawnd Preliminari tal-UEFA Europa League. Il-Maroons se jilagħbu f’Andorra La Vella f’Estadi Comunal kontra Sant Julia. Dan se jkun l-ewwel impenn ta’ tim Malti f’dan l-istaġun, bit-tim l-ieħor f’din il-fażi Birkirkara jkun fl-azzjoni l-Ħamis li ġej kontra KI Klaksvik fl-Istadium taċ-Ċentinarju fis-7.00pm.
Għal Gżira din il-logħba se tkun speċjali għaliex se tkun l-ewwel darba li se jilagħbu f’kompetizzjoni Ewropea minn meta kienu kkwalifikaw wara li kienu rebħu l-FA Trophy fl-istaġun 1972/73.
It-tim kompla jissaħħaħ mill-istaġun li għadda b’akkwisti ta’ plejers ta’ livell bħad-difensur xellugi Thomas Veronese, id-difensur Brażiljan Rodolfo Soares, l-akkwist permanenti tal-midfielder żagħżugħ Zack Scerri, l-inklużjoni tal-attakkant Brażiljan Jorginho u ż-żieda tal-gowlkiper Jurgen Borg. Dawn il-plejers se jiżdiedu mat-tim preżenti u għalhekk il-kowċ Darren Abdilla se jkollu tim biex jisfida lill-avversarji mill-Andorra. Ir-referee hu Denis Shurman mill-Ukrajna.
//= $special ?>