Waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Enemalta, l-Inġinier Fredrick Azzopardi talab li ma jerġax jinħatar f’din il-kariga sabiex “ikun jista’ jiffoka fuq responsabilitajiet ġodda f’settur ieħor”. Hekk intqal fi stqarrija maħruġa mill-istess Enemalta dalgħodu.
Għalkemm uffiċjalment din kienet l-ispjegazzjoni tal-Enemalta, sa issa mhux ċar x’wassal verament biex Azzopardi jwarrab.
Kevin Chircop, li hu Chairman Eżekuttiv tal-Enemed, inħatar fit-tmexxija tal-Enemalta u bħala Deputat Chairman ġdid se jkun hemm Sheng Baojie. Dan tal-aħħar ilu involut fil-kollaborazzjoni bejn l-Enemalta u Shanghai Electric sa mill-2013 meta Konrad Mizzi kien il-Ministru responsabbli.
Waqt l-istess laqgħa, il-Bord tad-Diretturi semma l-cryptocurrency bħala settur li fih għandha tidħol l-Enemalta.
(Ritratt: Kevin Chircop)
//= $special ?>