Lokali

Immultati aktar minn €2,300 wara li ħelsu mill-iskart b’mod illegali

Tlett irġiel ġew immultati €2,329 wara li ħelsu mill-iskart b’mod illegali fl-inħawi magħrufa bħala ta’ Qui Si Sana, f’Tas-Sliema.

Dan ħabbru l-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema fuq il-midja soċjali hekk kif ġie spjegat li l-irġiel nqabdu jwettqu l-att mill-kameras tas-sigurtà hekk kif dehru jeħilsu minn numru ta’ pallets tal-injam fi Bring In Site.

Intant, il-persuni responsabbli ġew ordnati mill-Pulizija sabiex ibattlu u jnaddfu z-zona.
 

https://www.facebook.com/sliemalocalcouncil/posts/1821640624569690