Raġel ta’ 50 sena weġġa’ gravi wara li ħabat bil-karozza li kien qed isuq.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn u kwart ta’ waranofsinhar meta l-Pulizija ġew infurmati li kien hemm bżonn l-assistenza tagħhom fi Triq iż-Żejtun, f’Marsaxlokk.
Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li r-raġel, għal xi raġuni, tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu b’konsegwenza li baqa’ dieħel f’ħajt.
Ambulanza marret fuq il-post u ħadet lir-raġel l-isptar fejn hemmek kien ċertifikat li weġġa’ gravi. Il-Pulizija qalet li l-investigazzjonijiet tagħha għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

