Lokali

L-Aquarius ma jitħalliex jidħol f’Malta għall-provvisti

Issa -Aquarius se jidħol fil-port ta' Marsilja

L-Aquarius, vapur ta’ salvataġġ li jiffunzjona bħala NGO qal li kien rrifjutat milli jidħol biex jieħu provvista ġdida neċessarja u jbiddel ukoll l-ekwipaġġ tiegħu.

Fi tweet Medecins Sans Frontieres qal li l-vapur Aquarius ma tħalliex jidħol Malta u ma ingħatax raġuni għalxiex ma jistax jidħol.

Il-Gvern Malti għadu ma għamel l-ebda azzjoni għal din it-tweet tal-lum Fuq dan l-aħħar reazzjoni kienet saret is-Sibt li għadda fejn il-Gvern ċaħad it-talbiet tal-istess Aquarius milli, il-vapur li kien f’nofs il-kontroverzja tal-immigrazzjoni ftit tal-jiem ilu, milli jidħol fil-portijiet Maltin.

Rapport mill-BBC li għandhom ġurnalist abbord dan l-istess vapur stqarr li li Malta se tiċħad kull talba ta’ dan il-vapur milli jidħol f’Malta, jekk ikollu u anki jekk ma jkollux immigranti abbord.

Dan l-iżvilupp ġie wara li Malta dehret li se tħalli mal-239 immigrant jidħlu fil-pajjiż għal erba’ t’ijiem, fuq kundizzjoni li dawn ifittxu l-ażil fost l-istati tal-UE “lesti” li joffru dan.