Internazzjonali

L-Istati Uniti: Konfermata l-projbizzjoni ta’ Trump għall-ivvjaġġar

Il-Qorti Suprema tal-Istati Uniti għadha kemm iddeċidiet favur il-projbizzjoni għall-ivvjaġġar li introduċa l-Gvern tal-President Donald Trump għan-nies li ġejjin minn diversi pajjiżi Musulmani.

Il-qrati ż-żgħar, qabel, kienu ddikjaraw il-projbizzjoni bħala anti-Kostituzzjonali iżda l-Ogħla Qorti Amerikana issa qalbet dan il-verdett.

Il-projbizzjoni żżomm lill-maġġoranza ta’ ċittadini mill-Iran, il-Libja, is-Somalja, is-Sirja u l-Jemen milli jidħlu fl-Istati Uniti u kienet mira ta’ kritika qawwija mill-gruppi favur id-drittijiet tal-bniedem.