– Therese Comodini Cachia, PN
Id-deputat Nazzjonalista Therese Comodini Cachia qalet li wara kuntatti li għamlet ma’ Google, il-kompożituri Maltin se jkollhom aċċess u introjtu mill-You Tube Partnership Programme fejns e jkunu jistgħu jipproduċu l-materjal tagħhom.
Fl-Aġġornament tal-parlament Therese Comodini Cachia tkellmet dwar il-You Tube Partenrship Programme fejn l-artisti Maltin se jkunu jistgħu jużaw din il-pjattaforma biex jilħqu iktar Maltin barra minn Malta. Hi kompliet li l-artisti kellhom tħassib għaliex ma kellhomx aċċess ħieles u liberu u ma kellhom l-ebda introjtu minn din il-pjattoaforma biex huma jtellgħu ix-xogħol tagħhom kemm lokalment kif ukoll għal barra minn Malta.
Id-deputat Nazzjonalista sostniet li dan wassal biex l-artisti Maltin idaħħlu wkoll id-drittijiet tal-copyright u kompliet li wara laqgħa li kellha mal-artisti hi tkellmet mal-google li aċettaw li din kienet sitwazzjoni diskriminatorja li ma kellhiex tibqa’. Goole laqgħu din it-talba u bdew jaħdmu biex isibu s-soluzzjoni.
Therese Comodini Cachia qalet li l-artisti kienu qed jistennw li meta jtellgħu x-xogħol tagħhom fuq pjattaforma soċjali huma jkunu jistgħu jirċievu l-introjtu minn dak li l-persuni jkunu qed jaraw fuq il-you tube. Hi semmiet kif is-suq Malti hu suq żgħir u għalhekk din tagħti pjattaforma lill-artisti Maltin biex jimirħu barra mill-pajjiż.
Hi awgurat li tinħoloq niċċa għall-kompożituri Maltin fil-Eurovision Sond Festival wara li l-festival tneħħa mill-gvern bla konsultazzjoni. Il-kompożituri Maltin qed jistaqsu x’opportunitajiet oħra se jkollhom.
//= $special ?>