Lokali Parlament

Perseveranza biex il-memorja ta’ Daphne Caruana Galizia ma tintilifx

– Claudette Buttigieg, PN

Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg qalet li l-ġenituri ta’ Daphne Caruana Galizia qed juru perseveranza biex il-memorja ta’ binthom tintilfix. Huma qed juru wkoll apprezzamnet lejn dawk il-persuni, fosthom in-nisa ta’ Occupy Justice, li qed ikomplu jżommu l-memorja tagħha ħajja.

Fl-Aġġornament tal-Parlament Claudette Buttigieg semmiet l-Iskola St.Dorothy’s li stednuha biex tattendi għaċ-ċerimonja li fiha inkixfet plakka kommemorattiva li fih kien rikonoxxut li l-ġurnalista maqtula Daphne Caruana Galizia kienet studenta fl-iskola. Hi qalet li din kienet l-ewwel tifkira uffiċjali dwar Daphne Crauana Galizia u fil-media kien hemm kummenti varji dwar din l-attività.

Claudette Buttgieg qalet li n-nisa fil-politika għadhom ‘il bogħod minn parteċipazzjoni mixtieqa u qabel il-parlement ikollu deputati full-time, mhux se jkun hawn nisa li jagħżlu l-politika bħala karriera.