It-tim nazzjonali tal-irġiel fetaħ l-impenji tiegħu fil-Kampjonat Ewropew tal-FIBA għall-Pajjiżi ż-Żgħar b’rebħa ta’ 96-64 fuq l-Andorra. Kif jindika l-iskor it-tim Malti taħt it-tmexxija ta’ Andrea Paccarie kien jimmeritah ir-rebħa u wara bidu ftit kajman irkupra fit-tieni u fit-tielet sessjoni. Il-plejers Maltin bdew l-aħħar perjodu b’vantaġġ komdu ta’ 37 punt u amministraw sat-tmiem.
It-tim nazzjonali tan-nisa tilef 96-58 kontra d-Danimarka, tim li dejjem kien fil-kontroll u fetaħ vantaġġ ta’ 14-il punt fil-ħin tal-mistrieħ. Dan id-distakk spiċċa biex kien determinanti għaliex in-nisa Maltin ma rnexxielhomx jirkupra.
Għada l-Erbgħa t-tim tal-irġiel jilgħab kontra l-Irlanda, filwaqt li t-tim tan-nisa jilgħab kontra l-Moldova.
//= $special ?>