Lokali

RITRATTI: Każ ieħor ta’ raġel bla saqaf fuq rasu

Ritratt: Matthew Tabone
Net News informa lill-Pulizija tal-Ħamrun dwar dan il-każ

Ikomplu jiżdiedu l-każi ta’ persuni li qed jagħżlu li jorqdu barra fit-triq għaliex m’għandhomx saqaf fuq rashom. Dan hekk kif fil-Marsa dalgħodu feġġ każ ġdid.

Ir-raġel intlemaħ rieqed barra fit-triq kmieni dalgħodu, fiz-zona ta’ Triq Diċembru 13. Hu evidenti li r-raġel qatta’ l-lejl f’dan il-post għaliex kien mgħotti b’basktijiet tal-plastik u kellu numru ta’ fliexken tal-ilma ħdejh.

Il-Partit Nazzjonalista ilu xhur jitkellem dwar il-problema tal-kirjiet f’pajjiżna u s-sitwazzjoni tal-faqar li qed tolqot diversi familji.

Il-Pulizija tal-għassa tal-Ħamrun ġew infurmati bil-każ.

Ftit tal-jiem ilu dan is-sit irrapporta każ ieħor ta’ raġel li deher rieqed taħt il-kartun fil-Pieta’.