Tabib (ġinekoloġista) irtirat sar l-ewwel persuna li tressaq għal ġuri fi Spanja b’konnessjoni ma’ skandlu tat-trabi ‘storiku’. Dan meta qed jingħad li l-iskandlu inkwistjoni kien jinvolvi eluf ta’ trabi li ttieħdu lill-ġenituri tul għexieren ta’ snin.
It-tabib, Eduardo Vela, hu akkużat li kien ħataf tifla (illum mara), bl-isem Ines Madrigal lill-ommha, fl-1969 u li din ingħatat lil mara oħra. Il-każ imur lura għall-aħħar żmenijiet tad-dittatorjat ta’ Francisco Franco fi Spanja, bit-tabib qed jiċħad li ffirma ċ-ċertifikat tat-twelid ta’ Ines Madrigal u li, fil-fatt, ‘jiftakar il-każ partikulari’.
Fl-aħħar sigħat, folol ta’ nies inġabru barra l-bini tal-qorti f’Madrid biex jappellaw għall-ġustizzja u fejn ingħaqdet magħhom Ines Madrigal, li llum għandha 49 sena.Madrigal qalet li ‘id-dinja kollha taf li nsterqu t-tfal fi Spanja’ iżda hi mhix tistenna li l-proċess tal-qorti jiżvela l-identità ta’ ommha proprja.
Jekk jinstab ħati, it-tabib jista’ jeħel ħdax il-sena ħabs għall-adozzjoni illegali, kif ukoll għall-iffalsifikar ta’ dokumenti.
L-iskandlu inkwistjoni beda meta nħatfu t-tfal ta’ avversarji politiċi tax-xellug tal-Ġeneral Franco wara li hu kien rebaħ il-gwerra ċivili fi Spanja. Intant, dan l-aġir, maż-żmien, żviluppa f’network kriminali involut speċifikament fil-qtil tat-tfal.
//= $special ?>

