Il-Gvern illum ħabbar li beda proċess li fih se jilqa’ l-kritika u s-suġġerimenti tan-nies dwar il-Policy għall-Pompi tal-Petrol – policy li ilha xhur sħaħ mistennija li tiġi konkluża, hekk kif l-Awtorita’ tal-Ippjanar baqgħet għaddejja bil-permessi għal dawn it-tip ta’ pompi f’zoni ODZ.
Il-policy il-ġdida mistennija tieħu in kunsiderazzjoni il-pariri tal-Awtorita’ tal-Ambjent u r-Riżorsi (ERA).
Bħalissa hemm 11-il applikazzjoni li għadhom pendenti. L-Awtorita’ tal-Ippjanar diġa’ tat il-permess għal 4 pompi ġodda.
Dik li l-Gvern qed isejjaħ konsultazzjoni se ddum għaddejja għal madwar 20 ġurnata. Kull min għandu xi forma ta’ kummenti jew preżentazzjonijiet jista’ jibgħathom fuq FSSP_review@pa.org.mt sas-17 ta’ Lulju.
//= $special ?>