Lokali Parlament

307 każi fil-lista ta’ stennija għal investigazzjoni dwar protezzjoni tat-tfal fl-Appoġġ

L-Aġenzija Appoġġ għandha 307 każ pendenti li qed jistennew azzjoni ta’ investigazzjoni dwar protezzjoni tat-tfal.

Dan jirriżulta li tweġiba parlamentari li ta l-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon għal mistoqsija tad-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo li staqsa x’servizzi qed toffri l-Aġenzija Appoġġ u x’inhuma l-waiting lists ta’ kull servizz

Minn fost is-servizzi li tagħti l-Appoġġ fil-każi ta appoġġ għall-famiji hemm 72 każ ta’ stennija, fil-vjolenza domestika hemm 14-il każ ta’ stennija, fl-ispecializied fostering hemm 11-il każ ta’ stennija, każi relatati maċ-Ċentru tal-Onkoloġija hemm 31 każ ta’ stennija, każi soċjali f’San Vinċenz de Paule hemm 30 każ ta’ stennija, fil-fosteriing hemm 32 każ ta’ stennija, fl-adozzjoni hemm 10 koppji u tenjn singles fil-lista ta’ stennija, fil-looked after children hemm 19-il każ ta’ stennija, fis-supervised access visit hemm 25 każ ta’ stennija, fil-Youth in Focus hemm 28 każ ta’ stennija, fil-Programmi tal-Adoloxxenti hemm 39 każ ta’ stennija, fl-investigazzjonijiet dwar protezzjoni tat-tfal hemm 307 każ ta’ stennija waqt li sorveljar f’każi ta’ protezzjoni tat-tfal hemm 28 każ ta’ stennija