Bejn ħaddiema mill-UE u ħaddiema minn pajjiżi oħra fil-pajjiż bħalissa hawn 42,971 ħaddiem barrani.
Dan jirriżulta minn tweġiba parlamentari tal-Ministru Evarist Brrtolo għal mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Chris Said li staqsa kemm hu n-numru totali ta’ persuni li mhumiex ta’ ċittadinanza Maltija imma li huma reġistrati mal-JobsPlus u li għandhom impjieg f’Malta kemm jekk part-time jew full-time, kemm minn dawn huma reġistrati bħala li qed jaħdmu part-time u kemm minnhom qed jaħdmu full-time u mil-liema pajjiżi huma ġejjin dawn il-persuni.
Minn ċifri mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra jirriżulta li fil-pajjiż hawn 42,971 ħaddiem barrani, li minnhom 29,660 ġejjin mill-UE.
Jirriżulta li l-impjegati li ġejjin minn pajjiżi tall-UE, impejgati minn pajjiżi tal-EEA jew EFTA u impjegati dipendenti minn ċittadini Erwopej jammontaw għal 30,654, li minnhom 29,660 ġejjin minn pajjiżi tal-UE, 357 minn pajjiżi tal-EEA jew EFTA u 547 huma impjegati indipendenti minn ċittadini Ewropej. Mid-29,660 hemm 25,046 impjegati full-time u 4,614 impjegati part-time.
L-akbar numru ta’ ħaddiem barranin – 7,778 – ġejjin mill-Italja, warajhom hemm il-ħaddiema Ingliżi b’4,819 u l-Bulgari b’2,439. Il-ħaddiema Franċiżi jlaħħqu 1,090; il-Ġermaniżi 1,298; l-Ungeriżi 1,592; il-Pollakki 1,147; ir-Rumeni 1,844; l-Ispanjoli 1,230 u l-Iżvediżi 1,359.
Fil-pajjiż hawn ukoll 12,407 ħaddiem minn pajjiżi terzi li jinkludu 135 ħaddiem Albaniż, 286 ħaddiema mill-Bosnja, 284 ħaddiem Ċiniż, 150 ħaddiem mill-Eġittu, 279 ħaddiem mill-Eritrea u 140 ħaddiem mill-Etjopja Dan flimkien ma’ 922 ħaddiem mill-Inondenżja, 164 mill-Kosta tal-Ivorju, 414 mill-Maċedonja, 468 mill-malsja, 320 mill-Pakistan, 2413 mill-Filippini u 2329 mis-Serbja. Mit-12,407 ħaddiem hemm 11,660 ħaddiem li huma full-time u 747 ħaddiem part-time.
//= $special ?>