Għawdex Lokali

Anzjana tmut wara li ttajret fix-Xewkija

Il-karozza kienet misjuqa minn żagħżugħa ta' 25 sena

Anzjana ta’ 78 sena, residenti x-Xewkija Għawdex, tilfet ħajjitha wara li ttajret minn karozza kmieni dalgħodu f’Għawdex. L-inċident seħħ fi Triq il-Ħamrija fix-Xewkija stess għall-ħabta tas-6.30am meta l-anzjana ntlaqtet minn mara ta’ 25 sena li hi wkoll mix-Xewkija.

Il-mara kienet qed issuq vettura tat-tip Nissan.

Net News hu nfurmat li mal-ewwel waslet ambulanza fil-post tal-inċident illi ħadet lill-anzjana l-isptar ġenerali ta’ Għawdex, iżda hi ġiet ċertifikata mejta ftit tal-ħin wara.

Fuq il-każ infetħet inkjesta mill-Maġistrat Joanne Vella Cuschieri, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejin.