Hekk kif il-bastiment Lifeline ingħata l-permess li jidħol fl-ibħra territorjali Maltin, jidher li hemm problema ġdida fix-xefaq li jisimha Ġermanja. Dan wara li l-Ministru tal-Intern imblokka l-possibilta’ li jiġu trasferiti immigranti mil-Lifeline lejn il-Ġermanja.
Il-Ministru Horst Seehofer qed ikun kwotat jgħid illi pajjiżu ma trid l-ebda kwota minn dan il-bastiment.
Il-kelliem għal-Lifeline Axel Steier, tkellem mal-Aġenzija ANSA dwar dan l-intopp ġdid li qed jimblokka din is-saga li ilha għaddejja ġimgħa sħiħa.
Fuq il-Lifeline hemm b’kollox 234 immigrant.
L-Italja u Franza kienu fost dawk il-pajjiżi li aċċettaw li jieħdu kwota mill-immigranti. Skont ir-rapporti, anke Malta kienet se tilqa’ numru ta’ immigranti.
Intant, il-Prim Ministru Taljan qed isostni li issa aktar minn qatt qabel hemm ħtieġa kbira li l-UE tbiddel ir-Regola ta’ Dublin.
//= $special ?>