Ewropa Internazzjonali Lokali

Il-Ġermanja iżżomm ponn tal-ħadid; ma tridx tieħu immigranti mill-vapur Lifeline

Il-Ministru Horst Seehofer
L-Italja trid tbiddel ir-Regolament ta' Dublin

Hekk kif il-bastiment Lifeline ingħata l-permess li jidħol fl-ibħra territorjali Maltin, jidher li hemm problema ġdida fix-xefaq li jisimha Ġermanja. Dan wara li l-Ministru tal-Intern imblokka l-possibilta’ li jiġu trasferiti immigranti mil-Lifeline lejn il-Ġermanja.

Il-Ministru Horst Seehofer qed ikun kwotat jgħid illi pajjiżu ma trid l-ebda kwota minn dan il-bastiment.

Il-kelliem għal-Lifeline Axel Steier, tkellem mal-Aġenzija ANSA dwar dan l-intopp ġdid li qed jimblokka din is-saga li ilha għaddejja ġimgħa sħiħa.

Fuq il-Lifeline hemm b’kollox 234 immigrant.

L-Italja u Franza kienu fost dawk il-pajjiżi li aċċettaw li jieħdu kwota mill-immigranti. Skont ir-rapporti, anke Malta kienet se tilqa’ numru ta’ immigranti.

Intant, il-Prim Ministru Taljan qed isostni li issa aktar minn qatt qabel hemm ħtieġa kbira li l-UE tbiddel ir-Regola ta’ Dublin.

Il-vapur Lifeline