Laqgħa sigrieta bejn il-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte u l-President Franċiż Emanuel Macron, wasslet sabiex l-Italja u Franza jiżblukkaw il-każ tal-bastiment Lifeline li fuqu għandu mal-234 immigrant. Jidher li erba’ pajjiżi, inkluż Malta, se jkollhom jieħdu parti mill-immigranti li hemm fuq il-vapur. Anke l-Italja se tieħu kwota mill-234.
Jidher li din il-laqgħa sigrieta saret f’Ruma, fejn qed ikun rappurtat li Conte ċeda għall-pressjoni tal-Ġermanja u Franza.
Il-media Taljana qed tirrapporta li l-Lifeline se jidħol Malta fis-sigħat li ġejjin, għalkemm l-ngo Olandiża qed tgħid li għad m’għandha l-ebda permess.
//= $special ?>