L-aħwa George u Alfred Degiorgio, tnejn mit-tliet akkużati tal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia, flimkien mas-sieħba ta’ George Degiorgio, Anca Adelina Pop, tressqu l-qorti kmieni l-Erbgħa waranofsinhar mixlija b’ħasil ta’ flus.
Fost l-akkużi li nġiebu quddiem il-Maġistrat, Yana Micallef Stafrace, insibu li t-tlieta jgħixu ħajja sinjura, fosthom li jippossjedu karrozzi u dgħajjes lussużi, minkejja li jiddikkjaraw li huma qiegħda. L-investigazzjoni b’rabta mal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia indagat it-tranżazzjonijiet bankarji u x’flus jippossjedi, li nisslet suspetti ta’ ħasil ta’ flus.
It-tliet akkużat wieġbu mhux ħatja. Il-Qorti talbet għas-sekwestru tal-assi personali kollha tal-akkużati.
L-avukat David Gatt deher għal Adelina Pop filwaqt William Cuschieri deher għall-aħwa Degiorgio.
It-talba ta’ Gatt biex isem il-mara jinżamm milli jiġi ppubblikat minħabba uliedha ġiet miċħuda mill-qorti hekk kif l-Ispettur Antonovitch Muscat ilmenta li isem ir-raġel huwa diġà pubbiku.
Il-Qorti ċaħdet ukoll it-talba għall-ħelsien mill-arrest ta’ Adelina Pop minħabba l-gravità tar-reat u li għad iridu jitressqu x-xhieda tal-Pulizija. Il-Maġistrat Micallef Stfrace temmet titlob il-pulizija biex tipproduċi din ix-xhieda tagħhom mill-aktar fis.
//= $special ?>