L-Iżvezja rebħet l-aħħar konfront tagħha 3-0 kontra l-Messiku biex minbarra li spiċċat biex ikkwalifikat, rebħet il-grupp ukoll. Il-Messiku minkejja din it-telfa kwalifikat bit-tieni post.
Il-Messiku ħolqot l-ewwel periklu wara sitt minuti bi free-kick angolati ta’ Emil Forsberg li kien imdawwar f’korner minn Guillermo Ochoa. Sitt minuti wara, Marcus Berg prova b’ġest akrobatiku minn quddiem il-lasta, iżda t-tentattiv tiegħu għadda ftit barra.
L-Iżvezja pprotestaw għall-penalty man-nofs siegħa logħob meta deher li Javier Hernandez mess il-ballun b’idu fil-kaxxa, iżda wara li kkonsulta mal-VAR, ir-referee ordna l-korner. Mill-istess azzjoni, Ochoa kien attent biex dawwar f’korner il-konklużjoni ta’ Berg.
L-Iżvezja fetħet l-iskor fil-50 minuta meta l-ballun spiċċa b’mod pjuttost fortunat għand Ludwig Augustinsson li għeleb lil Ochoa b’xutt mill-ewwel. L-iskor sar 2-0 fit-62 minuta meta Hector Moreno waqqa’ lil Marcus Berg fil-kaxxa. Andreas Granqvist skorja t-tieni gowl b’penalty mill-isbaħ.
Kwarta mit-tmiem wasal it-tielet gowl għall-Iżvediżi b’awto-gowl sfortunat ta’ Edson Alvarez.
//= $special ?>