Lokali Qorti

Liberata mill-akkużi ta’ konfoffa biex titraffika d-droga

Il-Qorti ma sabet l-ebda provi konkreti fil-konfront ta’ mara li kienet akkużata b’konfoffa biex titraffika d-droga. Il-mara, Eleanor Tracy Agius, ġiet liberata minn kull akkuża.

Il-każ, li jmur lura għall-2007, kien quddiem il-Maġistrat Neville Camilleri.

Oriġinarjament, Agius kienet akkużata flimkien mar-raġel tagħha Stiano Agius. Hu qed jiskonta sentenza ta’ 11-il sena ħabs.

L-avukati Franco Debono u Marion Camilleri dehru għall-akkużata.