Malli l-bastiment MV Lifeline, li fuqu għandu b’kollox 233 immigrant, jidħol pajjiżna għall-ħabta tas-19:15, mara u tliet tfal se jittieħdu mmedjatament għall-kura fl-Isptar Mater Dei.
Dan intqal mill-Kap Eżekuttiv tal-bastiment Lifeline, li f’kummenti lill-midja ddikjara li abbord il-bastiment hemm 17-il mara u ħamest itfal, bil-kumplament ikunu rġiel.
Il-vapur se jkun qed jiddaħħal fl-Isla ġewwa Boiler Wharf illejla għall-ħabta tas-19:15.
L-Italja u Franza huma fost dawk il-pajjiżi li aċċettaw li jieħdu kwota mill-immigranti. Anke l-Olanda se jkunu qed jieħdu l-immigranti. Apparti Malta, anke l-Iralnda, il-Lussemburgu, il-Belġju u l-Portugall se jaċċettaw immigranti minn fuq il-Lifeline.
Din it-tema mistennija tiġi indirizzata għada fis-summit tal-UE li se jitlaqqa’ fi Brussell. Fil-konferenza tal-aħbarijiet, Joseph Muscat qal li kien hemm stati membri li irrifjutaw li jieħdu l-immigranti.
//= $special ?>