Tobba fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex kienu fuq allert wara li kmieni dalgħodu tifla Xagħrija ta’ sentejn ittellgħet mitlufa minn sensieha minn pixxina ta’ residenza privata. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10am fi Triq Ta’ Mannar, fix-Xagħra Għawdex.
Fid-dar ġew issejjaħ tim mediku b’ambulanza li ħadu liċ-ċkejkna l-isptar għall-kura, fejn ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi serji. Minn hemm, hija mistennija li tiġi trasferita għall-Isptar Mater Dei.
L-investigazzjonijiet dwar dan il-każ għadhom għaddejjin, filwaqt li nfetħet inkjesta mill-Maġistrat tal-Għassa, Joanne Vella Cuschieri.
//= $special ?>