Lokali

Anzjan jaqa’ sular f’Ħal Għaxaq; isofri feriti serji

Ambulanza - Ritratt mill-arkivji

Anzjan ta’ 73 sena residenti l-Gudja, jinsab ferut serjament wara li waqa’ għoli ta’ madwar sular minn bokka ta’ tal-lift f’każin fi Triq G.M. Farrugia f’Ħal Għaxaq. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-19,45 tal-bieraħ.

Fuq il-post marret immedjatament ambulanza b’tim mediku li ħadu lir-raġel lejn l-isptar Mater Dei biex jirċievi aktar kura. Iktar tard huwa ġie ċertifikat li qed isofri minn feriti serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Yana Micallef Stafrace li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.