Rapport: Keane Cutajar
BIRKIRKARA……………. 1
KI KLAKSVIK …………… 1
Birkirkara: K. Naumovski, E. Herrera, A. Mrsulja, M. Andelkovic, J. Grech, E. Mancha, M. Mifsud, Fabiano, C. Attard, Marcelinho (M. Stanimir 80’), U. Umeh
KI Klaksvik: K. Joensen, M. Dusak (S. Olsen 70’), D. Pavlovic, J. Bjartalio (R. Moller-Iversen 81’), P. Klettskard, H. Askham, O. Niclasen (M. Bergi 86’), J. Andreasen, B. Dosljak, S. Hadzibulic, J. Danielsen
Imwissija: E. Herrera 45’ (B) J. Danielsen 50’(K)
Skorjaw: M. Mifsud 71’ (B) D. Pavlovic 88’ (K)
Referee: Besfort Kasumi (Kosovo)
Assistant Referees: Edmond Zeqiri, Fatmir Sekiraqa (Kosovo)
Assistenti Referees Addizjonali: Malcolm Spiteri, Matthew Degabriele
Birkirkara spiċċaw fi draw ta’ 1-1 kontra KI Klaksvik tal-Gżejjer Faroe b’gowl li wasal fl-aħħar ftit minuti. Għalkemm Birkirkara kien jimmeritahom aħjar, kollox għadu miftuħ f’dan il-konfront.
Kif ikkonferma l-kowċ ta’ Birkirkara Paul Zammit fil-konferenza ta’ qabel il-logħba, bosta plejers minn nofs il-grawnd kienu neqsin għall-Karkariżi. Fost debuttanti ta’ plejers barranin, libes il-flokk isfar u aħmar għall-ewwel darba Michael Mifsud filwaqt li Paul Fenech ma kienx inkluż fl-iskwadra minħabba li weġġa’ sofra fit-taħriġ.
L-ewwel taqsima kienet waħda bilanċjata bil-maġġoranza tal-logħob ikun f’nofs il-grawnd bl-ebda tim ma jkun perikoluż. F’din it-taqsima l-Karkariżi lagħbu favur ir-riħ iżda naqsu milli jużawh favur tagħhom b’ħafna passaġġi insidjużi jkunu twal wisq għal Mifsud u Fabiano.
Kemm Birkirkara kif ukoll KI Klaksvik resqu viċin il-lasti biss bi krosses li kollha kienu newtralizzati minn Kristijan Naumovski u Kristian Joensen rispettivament.
It-tieni taqsima ħadet xejra differenti bl-ewwel xutt jasal fil-50 minuta minn Uchenna Umeh, xutt li iżda kien ċentrali u faċli għall-gowlkiper ta’ Klaksvik. Mas-siegħa logħob, Umeh reġa’ kien perikoluż meta daħal tajjeb fil-kaxxa mix-xellug però kellu l-kross fil-baxx tiegħu salvat minn Joensen qabel setgħu jilħquh l-attakkanti tal-Istripes.
Birkirkara marru minn fuq fil-71 minuta, hekk kif minn tentattiv ta’ Jake Grech li ħabat ma’ difensur ta’ Klaksvik, il-ballun waqa’ f’saqajn Michael MIFSUD li b’xutt minn pożizzjoni angolata spara fis-saqaf tax-xibka, għall-ewwel gowl tiegħu bil-flokk ta’ Birkirkara.
Fit-88 minuta, Klaksvik ġabu d-draw bl-ewwel xutt tagħhom lejn il-lasti wara korner ta’ Olavur Niclasen bid-daqqa ta’ ras ta’ Deni PAVLOVIC tegħleb lil Naumovski. Fl-aħħar minuta t-tim mill-Gżejjer Faroe resaq viċin il-gowl tar-rebħa iżda x-xutt minn barra l-kaxxa ta’ Moller-Iversen għadda minn fuq il-lasti.
It-tieni leg tintlagħab il-Ħamis 5 ta’ Lulju fit-8.00pm f’Torshavn.
//= $special ?>