Lokali

Ftehim kollettiv bejn l-MUT u l-ITS

L-ITS u l-MUT jilħqu ftehim kollettiv fejn sar qbiel unanimu għall-istituzzjoni b’futur aħjar għall-ħames snin li ġejjin.

Waqt il-konferenza stampa li saret il-Ħamis filgħodu, huma sostnew li l-istitut se jkun qed jimxi mix-xena lokali għall-istitut li jimraħ f’istituzzjonijiet barra minn Malta biex jikkompetu ma’ istituzzjonijiet internazzjonali.

L-ITS se tkunu qed tgħin wkoll lil dawk li diġa jaħdmu fl-Industrija tat-Turiżmu biex ikun facli ghalihom li jkomplu jahdmu filwaqt li jissoktaw bl-istudji taghhom.

Il-ftehim kollettiv se jkun qed jibdel lill-istitut għal ospitalità għat-Turiżmu Internazzjonali u Edukattiv. L-ITS u l-MUT qabblu li se jkun hemm ħinijiet tax-xogħol iktar flessibli, li jvarjaw mit-8:30am sal-11pm.

Il-ftehim kollettiv ħa sena u nofs biex intlaħaq. L-MUT u l-ITS ħadmu flimkien b’għan wieħed biex jgħelbu ċerti sfidi li sabu quddiemhom, filwaqt li qed jitlesta x-xogħol fuq il-kampus il-ġdid tal-ITS f’Ħal Luqa.