Lokali Saħħa

Ilu 5 ijiem sajjem jistenna fl-Emerġenza biex jiġi operat

"Qalulna li m'hawnx spazju għall-operazzjoni"

Dan ir-ritratt li qed taraw ġie meħud fl-Isptar Mater Dei ilbieraħ u juri raġel illi inżamm sajjem ġurnata sħiħa biex issirlu operazzjoni; iżda kien kollu ta’ xejn. Għaliex qalulu li ma kienx hemm spazju biex joperawh.

Agħar minn hekk, din hi ripetizzjoni ta’ dak li dan l-anzjan ilu jisma’ għal 5 ijiem sħaħ. Iġifieri, għamel xejn anqas minn ħamest ijiem wara xulxin isum għal xejn.

Hi storja vera li għaddej minnha dan l-anzjan ta’ 75 sena li ddaħħal l-Isptar fl-emerġenza nhar il-Ġimgħa wara li kiser idu. U issa, is-sitwazzjoni tiegħu tant gravat li l-istess id infjammatlu sew.

Il-qraba tal-anzjan qalulna li t-tobba u l-infermiera kienu verament professjonali magħhom, iżda l-problema hi n-nuqqas ta’ maniġjar tajjeb fl-Isptar.

Net News se jkompli jsegwi mill-qrib dan il-każ.