Lokali Mużika

Is-sistema tal-biljetti jidher li affetwat l-attendenza tal-Isle of MTV

Attendenza ifqar minn snin ta' qabel li fissret daqqa fl-atmosfera tal-avveniment

Folla izgħar minn ta’ snin preċedenti immarkat it-12 l-edizzjoni tal-Isle of MTV li ttella’ fuq il-fosos tal-Furjana l-bieraħ.

Jidher li s-sistema li ġiet introdotta din is-sena, fejn min ried jattendi kellu jirreġistra onlajn fil-ġimgħat qabel il-kunċert, issarrfet f’attendenza iktar fqira minn ta’ edizzjonijiet ta’ qabel. Dan il-fattur jidher li ikkontribwixxa anke għal atmosfera differenti minn ta’ snin mgħoddija.

Emma Muscat u Christabelle kienu fost l-artisti lokali li taw l-esebizzjonijiet tagħhom flimkien ma’  għadd ta’ DJ’s Maltin.

Sigala flimkien ma’ Elle fetħu b’Came Here For Love u Paloma Faith kantat Lullaby fost suċċessi oħrajn. Hailee Steinfield paxxiet lil dawk preżenti bil-vuċi stupenda tagħha u b’koreografiji divertenti, kif għamel Jason Derulo u ż-żeffiena tiegħu.

Is-serata ġiet fi tmiemha bi spettaklu mid-DJs Vega u Like Mike u minn Liberte.