L-Indian Empress, jott ta’ 95 metru li kien ilu snin marbut Manoel Island, inbiegħ f’irkant għal €43.5 miljun.
Vijay Mallya, li kien propjetarju ta’ dan il-jott, huwa politiku Indjan li kien ukoll ko-proprjetarju ta’ t-tim tal-Formula 1 Force India. Hu kien ħarab mill-Indja fit-2 ta’ Marzu, ftit sigħat biss qabel ma l-iState Bank of India beda’ proċedura legali biex iżommlu l-passaport sabiex jinżamm milli jaħrab mill-pajjiż. Hu mifhum li Mallya ħalla ‘l fuq minn biljun ewro f’dejn ma’ 17-il bank differenti.
Il-jott inqabad mil-qrati Maltin meta, fost l-oħrajn, Mallya naqas li jħallas lill-kumpanija Melita Power Diesel Limited ta’ xogħolijiet u servizzi li kienu tawh, u meta ma ħallasx lill-ekwipaġġ tiegħu.
L-Indian Empress huwa lussuż, b’ċinema u baby grand piano ta’ Sir Elton John. Dan il-jott jidher li issa nxtara minn kumpanija privata.
//= $special ?>