Basketball Sport

It-tim nazzjonali tal-irġiel jikkwalifika għas-semifinali bit-tieni rebħa

It-tim Malti wara r-rebħa kontra l-Irlanda

MALTA…………76

IRLANDA……..65

(22-19), (15-18), (19-14), (20-14)

It-tim nazzjonali Malti tal-irġiel ikkwalifika għas-semifinali tal-Kampjonat Ewropew tal-FIBA għall-Pajjiżi ż-Żgħar li qed isir f’San Marino, bit-tieni rebħa din id-darba fuq l-Irlanda 76-65. Din ir-rebħa ssegwi dik ta’ ġurnata qabel ta’ 96-64 fuq l-Andorra.

Il-plejers Maltin fetħu tajjeb iżda l-Irlandiżi wieġbu tajjeb u ż-żewġ timijiet daħlu jistrieħu 37-37. Malta ħadet ħames punti vantaġġ fit-tielet perjodu, b’Aaron Falzon jispikka b’dunk spettakolari. Punti minn Samuel Deguara, Kurt Cassar u Tevin Falzon fetħu vantaġġ tajjeb ta’ għaxar punti.

L-Irlanda pruvat tirkupra iżda t-tim ta’ Andrea Paccariè kkontrolla tajjeb fl-aħħar perjodu u għalaq il-logħba b’vantaġġ ta’ 11-il punt. It-tim Malti jilgħab is-semifinali s-Sibt li ġej fit-8.00pm.

Malta: R. Vella (3), D. Bugeja (2), S. Pace, K. Xuereb, P. Shoults (2), K. Dimech, T. Falzon (11), J. Formosa (7), A. Falzon (22), M. Gouder, K. Cassar (16), S. Deguara (13)