Għalkemm iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ gradwazzjonijiet huma sinonimi max-xhur ta’ Novembru u Diċembru, illum fid-Dar Ċentrali tal-PN grupp ta’ tobba ġodda daħlu jiċċelebraw il-bidu tal-karriera tagħhom b’ferħ spontanju, kant u għajjat fil-foyer tal-istess Dar Ċentrali.
Jilqa’ lit-tobba żgħażagħ kien hemm is-Segretarju Ġenerali tal-PN Clyde Puli u l-Viċi Kap tal-PN David Agius.
Din tal-lum kien l-aħħar pass fil-kors tal-mediċina għat-tobba wara ġimgħat ta’ prattika, u wara li jumejn ilu ħarġulhom l-aħħar riżultati.
Fid-9 ta’ Lulju fil-fatt jibdew il-karriera ġdida fis-settur tas-saħħa. Huma imbgħad jigradwaw mal-bqija tal-istudenti Universitarji.
//= $special ?>