Futbol Sport TAZZA TAD-DINJA 2018

It-Tuneżija ddawwar telfa f’rebħa

Wahbi Khazri (numru 10) fl-azzjoni kontra l-Panama (Ritratt: EPA)

It-Tuneżija temmet l-esperjenza f’din l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja b’rebħa ta’ 2-1 kontra l-Panama. Iż-żewġ naħat kienu qed ifittxu rebħa jew tal-anqas li jiksbu punt, bit-Tuneżija jirnexxielha tikseb l-ewwel rebħa fit-Tazza tad-Dinja wara 40 sena filwaqt li l-Panama naqset li tikseb l-ewwel punt fl-ewwel dehra tagħha f’din il-fażi.

Erba’ bidliet għal Panama mit-telfa kontra l-Ingilterra filwaqt li t-Tuneżija għamel sitt bidliet mit-telfa kontra l-Belġju.

Fl-ewwel taqsima ftit kien hemm okkażjonijiet iżda Jamie Penedo kien sfurzat li jsalva b’mod brillanti fuq daqqa ta’ ras ta’ Rami Bedoui. Il-Panama li fetħet l-iskor fit-33 minuta meta xutt minn barra l-kaxxa ta’ Jose Luis Rodriguez, ħabat ma’ Yassine Meriah u qarraq bil-gowlkiper tiegħu stess.

It-Tuneżija ħarġet aħjar fit-tieni taqsima bil-plejer offensiv Ben Youssef ikollu jara d-daqqa ta’ ras tiegħu tispiċċa ftit barra, qabel ma’ Wahbi Khazri ra t-tentattiv tgħaddi sew fuq il-mimduda.

L-Afrikani ġabu d-draw fil-51 minuta meta Naim Sliti qassam lil Khazri fuq il-lemin, bil-plejer jikkrossja mil-lemin fil-kaxxa lejn FAKHREDDINE BEN YOUSSEF li minn quddiem il-lasta għeleb lil Penedo.

It-Tuneżija ġabet id-draw fil-51 minuta meta Wahbi Khazri krossja lejn Fakhreddine Ben Youssef li għeleb Jaime Penedo. It-Tuneżini skorjaw il-gowl tar-rebħa fis-66 minuta meta Oussama Haddadi krossja fil-baxx lejn WAHBI KHAZRI li skorja f’lasta vojta.

Il-Panama kienu għoddhom ġabu d-draw fit-73 minuta meta Edgar Yoel Barcenas skorja bi ġmiel ta’ xutt, iżda r-referee kien diġà saffar għal fawl. It-Tuneżija kkontrollat fl-aħħar minuti għall-ewwel rebħa tagħhom fil-grupp.

Din it-telfa għal Panama fissret li saru l-ewwel nazzjoni mis-Serbja u t-Togo fl-2006 li ma rebħux punt. Il-gowl ta’ ta’ Fakhreddine Ben Youssef kien l-2,500 gowl fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja.