Lokali

Jinstab raġel mejjet fiż-Żonqor

Iż-żona taż-Żonqor fejn instab mejta ir-raġel

Il-Pulizija qed tinvestiga sejba ta’ raġel mejjet fl-inħawi magħrufa bħala Taż-Żonqor, f’Marsaskala.

Kien għal ħabta tal-għaxra u nofs ta’ filgħodu li l-pulizija kienu infurmati li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha. Fil-post indikat lilhom il-pulizija sabu raġel Taljan ta’ 44 sena mitluq mal-art. Issejjaħ ukoll tim mediku biex jassisti lir-raġel li iżda ġie ċċertifikat mejjet fil-post.

Dwar dan il-każ kienet infurmata l-maġistrat tal-għassa Marsanne Farrugia li ħatret diversi esperti biex jassistuha fl-inkjesta. Huwa mistenni li ssir awtopsja fuq il-katavru bl-iskop li tkun stabbilita l-kawża tal-mewt.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga.